Vaganza qasira imma mimlija arti, kultura u kartolini li wieħed jara biss fuq it-TV. It-Toscana, bħala benniena tar-Rinaxximent, toffrilna f’din il-mawra Lucca, Pisa, Firenze, u fuq kollox iċ-Cinque Terre mal-kosta tal-Liguria. Fejn l-Italja hija mużew fl-apert, din il-vaganza tagħmel 5 ijiem xalata.
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Dati:
31 t’Ottubru sal-4 ta’ Novembru 2026
Prezzijiet:
€820 – Adulti
Tfal taħt it-12-il-sena: €795
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nirkbu t-titjira KM Malta Airlines għal Milan li titlaq fin-12:25. Naslu fl-ajruport ta’ Linate f’Milan, fejn insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li hija 4-star f’Sarzana, fir-reġjun tal-Liguria fil-konfini mar-reġjun tat-Toscana. Naslu l-lukanda, nidħlu fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena.
It-Tieni Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u naqbdu triqitna lejn Lucca, il-belt magħrufa l-aktar għas-swar uniċi tagħha, iżda wkoll għat-torri medjevali bil-ġnien fuqu, u fuq kollox għall-kompożitur Taljan Giacomo Puccini. Ikollna l-opportunita li nippassiġġaw fuq dawn is-swar, kif ukoll inżuru xi pjazez u knejjes ta’ din il-belt unika. Hawn ukoll ikollna ħin liberu għall-ikel jew għax-xiri. Waranofsinhar nitilqu lejn il-belt meraviljuża ta’ Pisa fejn fost l-oħrajn inżuru Piazza dei Miracoli bl-attrazzjoni prinċipali tkun it-torri mmejjel u l-katidral. Ikollna wkoll ħin liberu biex nidħlu fiċ-ċentru storiku ta’ Pisa lil hinn mix-xmara Arno. Minn hawn nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Wara l-kolazzjon, il-karozza teħodna l-istazzjon tal-ferroviji ta’ La Spezia minn fejn nirkbu l-ferrovija (biljett inkluż fil-prezz) biex inkunu nistgħu nżuru ċ-Cinque Terre li huma ħames irħula patrimonju UNESCO b’veduti eċċezzjonali fuq il-baħar. Bejn l-ewwel u t-tieni raħal, li huma Riomaggiore u Manarola, inkunu nistgħu naraw il-famuża Via dell’Amore. Fl-irħula li huma distanti biss ftit minuti minn xulxin, immorru permezz tal-ferrovija. Wara li nkunu żorna l-ħames raħal, Monterosso, nirkbu l-karozza li teħodna lura l-lukanda għaċ-ċena.
Ir-Raba’ Ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon nitilqu lejn il-belt ta’ Firenze fejn inqattgħu ġurnata sħiħa. Hawn fost l-oħrajn jkollna l-opportunita naraw il-bosta knejjes u pjazez li jżewqu lil din il-belt meraviljuża, il-benniena tar-Rinaxximent. Parti mit-triq nagħmluha bit-tram (il-biljetti inklużi fil-prezz). Inkunu nistgħu naqsmu fuq il-Ponte Vecchio li llum huwa mimli ħwienet tad-deheb. Min irid, jista’ jżur xi wieħed mill-mużewijiet li għandha din il-belt, jew jitla’ fuq il-bejt tal-katidral uniku ta’ Firenze (ħlas extra). Naraw tant statwi tal-irħam, fosthom il-famuż David, u min irid jista’ jasal sal-monti li hu magħruf mad-dinja kollha għall-prodotti tal-ġild. F’din il-belt ma jonqosx li jkollna ħin liberu għax-xiri. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.
Il-Ħames ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon, ngħabbu l-bagalji u bil-karozza nidħlu lejn Sarzana, raħal pittoresk viċin il-lukanda li fost affarijiet oħra għandu fortifikazzjoni tixbah lil dawk ta’ Malta fil-qies u fl-epoka tagħha. Wara li nkunu rajna Sarzana naqbdu t-triq lejn l-ajruport ta’ Linate f’Milan, fejn nieħdu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq fit-15:15 u tasal Malta fil-17:15.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.