Veneto Easter Tour

€840

adults

€770

children under 12

Inżuru bliet u rħula li ma ssibhomx fuq il-mappa turistika konvenzjonali filwaqt li nżuru wkoll bliet popolari għall-attrazzjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom u oħrajn li jpaxxu l-għajn b’veduti mill-isbaħ.

Travel Dates 2024

30/03 – 04/04

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

  • 2. Milan (Airport)
  • 3. Treviso
  • 4. Verona
  • 5. Verona
  • 6. Venezia
  • 7. Lago di Garda
  • 8. Cortina d'Ampezzo
  • Hotel Crystal

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Data:
30 ta’ Marzu sa 4  t’April 2024

Prezzijiet għal kull persuna:
Adulti: €840
Tfal li ma jkunux għalqu t-12 – il sena: €770

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-ewwel ġurnata
Naslu l-ajruport internazzjonali ta’Malta biex nirkbu titjira titlaq 12:25 u tasal 14:25 . Fl-ajruport ta’ Milan insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna (4*) li tinsab fir-reġjun ta’ Veneto ftit il barra mill-belt ta’ Treviso. Naslu l-lukanda, nagħmlu c-check – in fil-kmamar u nistrieħu ftit qabel ninżlu għaċ-ċena.

It-Tieni ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon illum nitilqu lejn il-belt ta’ Padova fejn fost l-oħrajn ikollna l-opportunità nżuru il-bażilika ta’ Sant’Anton, il-Katidral, Piazza Prato della Valle li hija fost l-akbar fl-Italja u l-Orto Botanico. Wara nofsinhar  nitilqu lejn il-belt ta’ Romeo u Giulietta –  Verona, fejn ikollna l-opportunità fost affarijiet ohra naraw l-Arena, l-katidral, id-dar ta’ Giulietta u l-pjazez li jżewqu din-il-belt stupenda. Ikollna wkoll ħin liberu għas-shopping. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.

It-Tielet ġurnata
Wara l-kolazzjon, l-kowċ teħodna l-istazzjon tal-ferroviji ta’ Treviso minn fejn nirkbu l-ferrovija (inkluża fil-prezz) biex inkunu nistgħu nżuru il-belt unika u spettakolari ta’ Venezia fejn se nqattgħu ġurnata sħiħa. Fost l-ohrajn naraw Ponte Rialto, Ponte dei Sospiri u Piazza San Marco u jkollna ħin liberu niskopru t-toroq dojoq ta’ din il-belt unika u min irid jagħmel ukoll xi ftit shopping. Tard wara nofsinhar nerħulha lejn l-istazzjon ta’ Santa Lucia fejn naqbdu triqtna lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Ir-Raba’ ġurnata
Wara l-kolazzjon nitilqu lejn iż-żona tad-Dolomiti (Alpi) fejn din id-darba se ngawdu x-xenarji tal-muntanji maestużi li aħna l-Maltin tant mixtiqin minnhom. Nieqfu fir-raħal popolari ta’ Cortina d’Ampezzo fejn ikollna l-opportunità nippassiggaw u ngawdu l-post bil-kumdità kollha. Wara nirkbu  l-kowċ u ngħaddu minn Passo Tre Croci u l-widien ta’ San Marco u Auronzo fejn inkunu nistgħu nitpaxxew b’xenarji tal-ħolm. Għal nofsinhar nieqfu  għal ikla tipika ta’ dawn l-inħawi ( inkluża fil-prezz).  Minn hawn nerħulha lejn il-belt ta’ Treviso fejn nqattgħu s-serata tagħna qalb il-ħwienet eleganti tagħha u l-knejjes u monumenti li jżewquha. Tard filgħaxija nirritornaw il-lukanda. Illum flok iċ- ċena inkluż fil-prezz ikollkom l-ikla ta’ nofsinhar.

Il-Ħames ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Garda. Illum il-group jinqasam fi tnejn. Min imur fil-park ta’ Gardaland (ħlas extra) u min ikollu eskursjoni ta’ din iż-żona ta’ din il-lake famuża. Matul il-ġurnata jkollna l-opportunità nitpaxxew bil-veduti sbieh li joffru l-irħula ta’ Sirmione u Bardolino. Tard wara nofsinhar nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Is-Sitt ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni, u nitilqu lejn il-belt ta’ Milan fejn naqbdu t-titjijra li titlaq 15.35 u tasal lura Malta 17.35.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
(+356) 27564323
Email: admin@sisutours.com
50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?