Vero Veneto Autumn Break

€820

adults

€795

children under 12

Niskopru t-teżori li joffri r-reġjun tal-Veneto, b’postijiet li jħallu impressjoni bħalma hija l-belt ta’ Venezja, il-belt ta’ Padova, Verona bl-istejjer ta’ Ġuljetta u l-famuża Arena, u Treviso. U nżewqu dawn iċ-ċentri storiċi u kulturali kbar bi żjara kompletament differenti qalb id-Dolomiti b’Cortina d’Ampezzo u Lago Misurina għal varjetá unika miġbura f’5 ijiem.

Travel Dates

30/10 – 03/11

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

  • 1. Hotel Crystal
  • 2. Milan (Airport)
  • 3. Treviso
  • 4. Verona
  • 5. Padova
  • 6. Venezia
  • 7. Cortina d'Ampezzo

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Dati:
30 ta’ Ottubru – 3 ta’ Novembru 2026

Prezzijiet:
Adulti: €820
Tfal taħt it-12-il sena: €795

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines għal Milan li titlaq fin-12:25. Fl-ajruport ta’ Milan insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna, Hotel Crystal (4*) li tinsab fir-reġjun tal-Veneto ftit ’il barra mill-belt ta’ Treviso. Naslu l-lukanda, nidħlu fil-kmamar u nistrieħu ftit qabel ninżlu għaċ-ċena.

It-Tieni Ġurnata
Wara l-kolazzjon, il-karozza teħodna l-istazzjon tal-ferroviji ta’ Mogliano Veneto minn fejn nirkbu l-ferrovija (inkluża fil-prezz) biex inkunu nistgħu nżuru il-belt unika u spettakolari ta’ Venezja fejn se nqattgħu ġurnata sħiħa u ngawdu l-atmosfera maġika li titrasmetti din il-belt unika fid-dinja. Fost l-oħrajn naraw Ponte Rialto, Ponte dei Sospiri u Piazza San Marco u jkollna ħin liberu niskopru t-toroq dojoq u l-kanali ta’ din il-belt unika. Għal min jixtieq, ikun hemm ħin tajjeb għax-xiri. Tard wara nofsinhar nerħulha lejn l-istazzjon ta’ Santa Lucia biex naqbdu triqitna lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

It-Tielet Ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon, illum nitilqu lejn il-belt ta’ Padova fejn fost l-oħrajn ikollna l-opportunità nżuru l-Bażilika ta’ Sant’Antnin, il-Katidral, l-Orto Botanico u l-famuża Piazza Prato della Valle li hija fost l-akbar pjazez fl-Italja. Wara nofsinhar nitilqu lejn il-belt ta’ Romeo u Giulietta; il-belt ta’ Verona, fejn ikollna l-opportunità fost affarijiet oħra naraw l-Arena, il-Katidral, id-dar ta’ Giulietta u l-pjazez li jżewqu din-il-belt stupenda. Ikollna wkoll ħin liberu għax-xiri. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.


Ir-Raba’ Ġurnata
Wara l-kolazzjon nitilqu lejn iż-żona tad-Dolomiti (Alpi) fejn din id-darba se ngawdu x-xenarji tal-muntanji maestużi li aħna l-Maltin tant mixtiqin minnhom. Nieqfu fir-raħal popolari ta’ Cortina d’Ampezzo fejn ikollna l-opportunità nippassiġġaw u ngawdu l-post bil-kumdità kollha. Wara nirkbu l-karozza u ngħaddu minn Passo Tre Croci u l-widien ta’ San Marco u Auronzo lejn Lake Misurina, fejn inkunu nistgħu nitpaxxew b’xenarji tal-ħolm. Minn hawn nerħulha lejn il-belt ta’ Treviso fejn inqattgħu s-serata tagħna qalb il-ħwienet eleganti tagħha u l-knejjes u monumenti li jżewquha. Tard filgħaxija nirritornaw il-lukanda għaċ-ċena.

Il-Ħames Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni u nitilqu lejn l-ajruport ta’ Milan, fejn nieħdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq fit-15:15 u tasal Malta fil-17:05.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu. Il-programm mhux bilfors isir fl-ordni kronoloġika kif imniżżel hawn fuq.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?