A Winter Adventure Through Abruzzo & Umbria 2027

€875

adults

€850

children under 12

Nesploraw il-qalba ta’ l-Italja, fost irħula pittoreski, kaskati spettakolari u xenerji mill-isbaħ tal-muntanji. Inżuru positjiet bħal Marmore Waterfalls, Rasiglia, Grotte di Stiffe, flimkien ma’ Spoleto, kif ukoll il-belt ta’ Ruma.

 

Travel Dates

03/01/27 – 08/01/27

Tour Map

Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.

What's Included

No hidden charges. 

Dates & Prices

Available tour dates. Click button below to book.

Data:
03 sa 08 ta’ Jannar, 2027

Prezz:
Adulti: €875
Tfal taħt it-12-il sena: €850

Tour Programme

All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.

L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq fis-6:10am u tasal Ruma fit-7:45am. Niġbru l-bagalji u nirkbu l-karozza li se tkun magħna matul il-ġimgħa kollha. Nitilqu direttament lejn ir-reġjun tal-Abruzzo fejn l-ewwel waqfa tagħna tkun ġewwa Le Grotte di Stiffe (biljett inkluż fil-prezz). Dawn huma għerien ġmiel tan-natura mżejna bi xmara u kaskati tal-ilma. Wara nagħmlu waqfa f’azjenda li jipproduċu prodotti marbutin ma’ laħam u ġobon. Hawn induqu prodotti tipiċi tar-reġjun fosthom l-arrosticini Abruzzese (inkluża fil-prezz), filwaqt li ngawdu l-ambjent tal-muntanji. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda 3* Fiordigigli li tinsab taħt il-muntanja maestuża tal-Gran Sasso li hija l-akbar muntanja tal-Appennini. Nissetiljaw fil-kmamar u wara ninġabru għaċ-ċena fejn ikollna l-opportunita’ unika li nibdew induqu r-riċetti tipiċi ta’ dan ir-reġjun u nixorbu l-inbid tagħhom (inkluż dejjem fil-prezz matul iċ-ċena flimkien mal-ilma). Se nkunu noqogħdu ġo post imdawwar bis-skiet u l-ġmiel tal-muntanji u tal-kampanja.

It-Tieni Ġurnata
Wara l-kolazzjon nitilqu lejn ir-reġjun tal-Umbria magħruf bħala ‘Il Cuore Verde d’Italia’ għal ġurnata sabiħa u mimlija esperjenzi. L-ewwel waqfa tagħna tkun f’azjenda li tipproduċi ż-żejt taż-żebbuġa. Wara li naraw mill-qrib il-proċess ta’ kif jinħadem dan il-prodott, ikollna wkoll l-opportunità li nduqu ż-żejt prodott minn din l-azjenda (inkluża fil-prezz). Minn hawn nitilqu lejn Rasiglia, borgo magħruf għall-ilma ġieri li jżejjen it-toroq u l-kantunieri tiegħu. Filgħaxija nerġgħu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

It-Tielet Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nibdew l-ewwel żjara tagħna fir-raħal ta’ Sulmona fejn immorru passiġġata fiċ-ċentru ta’ dan ir-raħal magħruf ħafna għall-produzzjoni tal-confetti, li huwa ħelu bil-lewż li jingħata l-aktar waqt it-tiġijiet. Fost l-oħrajn inżuru l-Katidral ta’ Sulmona u Piazza Garibaldi. Minn hawn nerħulha għall-fabbrika tal-Confetti fejn inkunu nistgħu naraw kif jinħadmu, u anki nduquhom u min irid jixtrihom. Wara nofsinhar nitilqu lejn L’Aquila, belt stupenda u l-kapitali tar-reġjun Abruzzo. Hawn għandna ninzertaw La Fiera dell’ Epifania li tkompli żżid mal-atmosfera sabiħa u festiva ta’ din il-belt. Filgħaxija nerġgħu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Ir-Raba’ Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u llum nerġgħu nidħlu fir-reġjun tal-Umbria. Inżuru Le Cascate delle Marmore – kaskati tal-ilma impressjonanti (dħul inkluż fil-prezz). Hawn ikollna l-opportunità nitpaxxew b’veduti meraviljużi u ngawdu n-natura li żżewwaq din iż-żona. Kif inlestu nitilqu għall-belt spettakolari ta’ Spoleto. Ikollna xi ħin niskopru din il-belt stupenda li għandha oriġini Rumani kif ukoll ħin liberu biex kulħadd igawdi din il-belt kif jixtieq. Filgħaxija nirkbu l-karozza u nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.

Il-Ħames Ġurnata
Wara l-kolazzjon illum nibqgħu qrib il-lukanda u nitilgħu Campo Imperatore permezz ta’ cable car (ħlas extra) fejn naslu ‘l fuq minn 1800 metru u minn fejn inkunu nistgħu ngawdu l-muntanji maestużi u s-silġ. Minn hawn immorru naraw is-Santwarju ta’ San Gabriele u wara nieklu ikla tipika Abruzzese (inkluża fil-prezz flok l-ikla ta’ filgħaxija). Wara l-ikel inżuru x-Shopping Centre ‘Gran Sasso’ fejn ikollna ħin għax-xiri sa tard filgħaxija.

Is-Sitt Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn Ruma fejn ikollna ċans ta’ ftit sigħat sew nitpaxxew bil-monumenti li jżewqu din il-belt stupenda. Min jixtieq, ikollu biżżejjed ħin għax-xiri wkoll. Filgħaxija fid-9pm nieħdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li tasal lura Malta fl-10:30pm.

*Jista’ jkun hemm xi tibdil minimu fil-programm minhabba ċirkostanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu. Il-programm mhux bilfors isir fl-ordni kronoloġika kif imniżżel hawn fuq.

Download Tour Brochure

Want to read programme later? Download our tour brochure here. 

DOWNLOAD

Contact Us

Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?