Tour b’taħlita sabiħa ta’ eskursjonijiet. Ingawdu l-belt stupenda ta’ Turin kif ukoll iż-żona tal-Langhe, famuża għal l-inbid prestiġjuż. Naraw ukoll Courmayer kif ukoll Aosta ġewwa l-Alpi – ingawdu bosta xenarji ta’ l-Alpi fix-xitwa.
Travel Dates
Some of the towns, cities and points of interest we’re visiting during this tour.
No hidden charges.
Dati:
08 sa 12 ta’ Diċembru, 2026
Prezzijiet:
€820 – Adulti
€795 – Tfal taħt it-12-il sena
All Sisu Tours have very well-planned itineraries and you will be assisted by experienced tour guides.
L-Ewwel Ġurnata
Naslu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex nirkbu t-titjira KM Malta Airlines għal Milan li titlaq fin-12:25pm. Fl-ajruport ta’ Milan insibu kowċ privat jistenniena biex jeħodna fil-lukanda tagħna li hija Hotel Parisi, 3-star, u tinsab fir-reġjun ta’ Piemonte, fil-belt ta’ Nichelino, ftit minuti bogħod minn Turin. Naslu l-lukanda, nidħlu fil-kmamar u ninżlu għaċ-ċena li hija 4-course bl-inbid u kafe inklużi.
It-Tieni Ġurnata
Wara l-kolazzjon, il-karozza teħodna fiċ-ċentru ta’ Turin fejn nagħmlu ġurnata niskopru din il-belt stupenda magħrufa għall-monumenti, palazzi u knejjes barokki li tħaddan, fosthom il-Katidral bil-Liżar ta’ Kristu u l-Palazz Irjali. Għal min iħobb ix-xiri jkollu xalata sħiħa u ħin liberu biżżejjed qalb toroq mimlija ħwienet. Tard waranofsinhar inżuru l-Juventus Stadium (Allianz Arena). Min irid ikun jista’ jieħu tour tal-Juventus Stadium u jidħol fil-Mużew tal-Juventus (ħlas extra). Min jagħżel li le, għandu l-ħin liberu fix-shopping centre li hemm fl-istess kumpless. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda fejn ikollna ċ-ċena.
It-Tielet Ġurnata
Wara li nieħdu l-kolazzjon nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fejn inżuru żona tal-Piemonte magħrufa bħala Langhe. L-ewwel belt hija Alba fejn nieħdu pjaċir bl-esperjenza ta’ belt ċkejkna tar-reġjun u nisimgħu dwar it-tradizzjoni tat-Tartufo mingħand nies tal-mestjier. Imbagħad nitilgħu bil-karozza lejn Rodello d’Alba, fejn nitpaxxew b’veduti mill-isbaħ ta’ irħula u kastelli medjevali, għoljiet u għelieqi mimlija dwieli minn fejn jiġu kkoltivati u prodotti l-aqwa inbejjed ta’ dan ir-Reġjun, u jkollna ikla kbira b’bosta prodotti tar-reġjun (inkluża fil-prezz). Waranofsinhar nitilqu lura lejn Turin biex inżuru l-knisja ta’ Maria Ausiliatrice fejn San Giovanni Bosco mexxa l-missjoni tiegħu, hu li twieled u għex f’din il-belt. Minn hawn immorru Eataly u ċ-ċentru kummerċjali tal-Lingotto (fejn kien hemm il-fabbrika tal-FIAT). Hemmhekk nibqgħu sa filgħaxija peress li l-ikla nkunu ħadnieha f’nofsinhar.
Ir-Raba’ Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fir-reġjun ta’ Valle d’Aosta fejn in-natura hija spettakolari. Nieqfu Courmayeur fejn ikollna ċ-ċans nippassiġġaw u nammiraw il-post imfittex għall-isports tax-xitwa. Min irid jista’ jitla’ fuq Mont Blanc f’waħda mill-aktar cable cars moderni fid-dinja u jasal sa għoli ta’ aktar minn 3000 metru (ħlas extra). Din il-cable car ġiet inawgurata f’2015 u swiet 110 miljun ewro. Wara Courmayeur nerħulha lejn il-belt ħelwa ta’ Aosta. F’Diċembru, din il-belt tkun imżejna aktar u aktar b’villaġġ sabiħ tal-Milied. Filgħaxija nitilqu lura lejn il-lukanda għaċ-ċena.
Il-Ħames Ġurnata
Nieħdu l-kolazzjon kmieni, u nitilqu lejn il-belt ta’ Milan. Hawn inqattgħu n-nofstanhar ta’ filgħodu ngawdu ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt unika u żgur l-aħħar xiri ta’ din is-safra. Waranofsinhar nirkbu l-karozza lejn l-ajruport fejn naqbdu t-titjira tal-KM Malta Airlines li titlaq fit-3:15pm u tasal Malta fil-5:15pm.
Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
SISU Tours, 50, Triq ir-Repubblika,
Victoria, Gozo, VCT1016,
MALTA
Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.