SISU TOURS / 2027 EXCLUSIVE COLLECTION

Umbria & Val d'Orcia

An Enogastronomic Experience at a Gentler Pace

A small group, maximum 25 guests, staying at one of the best wineries in Umbria

DURATION

6 days

MEALS

Half board

(inc wine & water) at a leading winery in Umbria

TOUR DATES

28/06 - 03/07/27

FROM

€1480 per adult

Sitt ijiem ta' mistrieħ, ikel u panorama mill-isbaħ.

Ingħaqdu magħna għal mawra rilassanti fl-Umbria, fejn se noqogħdu f’Casale Antonelli, li tagħmel parti mill-kantina rinomata Antonelli qrib Montefalco. Imdawrin bid-dwieli u s-siġar taż-żebbuġ, se ngawdu l-paċi tal-kampanja Taljana, ikel bnin u nbejjed mill-aqwa. Programm b’ritmu komdu li jgħaqqad żjarat fi bliet u rħula pittoreski ma’ ħin biex nistrieħu u ngawdu l-post li se jilqagħna. Se nkunu f’żona magħrufa għal inbejjed u kċina mill-aqwa, allura ma jonqsux esperjenzi engostronomiċi.

Il-programm fil-qosor

✓ Noqgħodu f’kantina tal-inbid fil-kampanja tal-Umbria
✓ Kmamar moderni u lussużi 
✓ Inzuru r-raħa medievali ta’ Bevagna
✓ Tour tal-factory Perugina
✓ Naraw iċ-ċentru ta’ Perugia
✓ Ir-raħal uniku ta’ Bagno Vignoni fil-Val d’Orcia
✓ Wine tasting f’kantina qrib Montepulciano
✓ Cooking class, wine tour u tasting ieħor fil-kantina li tospitana
✓ Inżuru wkoll iċ-ċentru ta’ Montefalco
✓ Il-fioritura ta’ Castellucio
✓ Norcia u viżita u tasting ġewwa norcineria
✓ Il-belt impressjonanti ta’ Orvieto

€1480

kull persuna

DEPARTURES

28/06 - 03/07/27

Il-Programm

L-EWWEL ĠURNATA

Wasla / Pranzu ħafif / Bevagna

Mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nirkbu t-titjira KM Malta Airlines li titlaq fis-7am lejn Ruma. Naslu fit-8:35am, niġbru l-bagalji u nirkbu l-karozza li se tkun magħna l-ġimgħa kollha. Nitilqu direttament lejn il-lukanda Casale Satriano li tagħmel parti mill-kantina rinomata Antonelli viċin Montefalco ġewwa l-Umbria. Nagħmlu c-check-in fil-kmamar biex eventwalment inpoġġu għal pranzu ħafif (inkluż fil-prezz). Se nkunu mmersi fil-paċi, fost dwieli u siġar taż-żebbuġ. Wara l-pranzu tista’ tagħżel li tibqa tgawdi l-pixxina infinity li tħares fuq id-dwieli Sagrantino jew tmur eskurzjoni lejn ir-raħal ta’ Bevagna, li jinsab ftit minuti l-bogħod mill-lukanda. Filgħaxija jkollna ċena fil-lukanda.

IT-TIENI ĠURNATA

Perugia u Perugina

Nieħdu l-kolazzjon u nitilqu lejn il-kapitali tar-reġjun, Perugia. L-ewwel waqfa se tkun fl-azjenda Perugina, magħrufa mad-dinja kollha għaċ-cikkulata li tipproduċi. Hawnhekk se jkollna tour mal-fabbrika (inkluż fil-prezz) li fiha, fost l-oħrajn isiru ċ-ċikkulatini famużi Baci. Wara naqbdu l-karozza u mmorru lejn iċ-ċentru storiku ta’ Perugia. Hawn ikun hemm ħin liberu fejn inkunu nistgħu naprezzaw l-istorja ta’ din il-belt unika. Ikun hemm ukoll ħin għal xiri. Filgħaxija nerġgħu lura l-lukanda għaċ-ċena.

IT-TIELET ĠURNATA

Bagno Vignoni / Val d'Orcia / Wine Tasting

Wara l-kolazzjon, illum nitilqu lejn ir-reġjun tat-Toscana fejn se nżuru waħda mill-iktar żoni pittoreski ġewwa l-Italja, il-Val d’Orcia, sit ta’ patrimonju UNESCO. L-ewwel waqfa tagħna se tkun f’Bagno Vignoni, raħal suġġestiv, imdawwar b’veduti mill-isbaħ fejn naraw il-banjijiet (thermal baths) sinonimi ma’ dan ir-raħal. Waranofsinhar nirkbu l-karozza u filwaqt li ngawdu xenarju mill isbaħ tal-widien u għoljiet tal-Val d’Orcia nkomplu lejn iż-żona ta’ Montepulciano, fejn se jkollna wine tour u tasting flimkien ma’ prodotti tipiċi (dejjem inkluż fil-prezz) ġewwa kantina tal-inbid. Filgħaxija mmorru lura l-lukanda għaċ-ċena.

IR-RABA' ĠURNATA

Il-Kantina Antonelli b'dak kollu li toffri

Ilum hija ġurnata li neħduha b’pass iktar rilassat, fejn se ngawdu dak li toffri l-kantina Antonelli, l-istess kantina li tospitana. Wara l-kolazzjon ikun hemm ftit ħin ta’ rilassament. Matul il-ġurnata ikollna, wine tour, degustazjoni tal-inbid, cooking class flimkien ma’ pranzu – kollox inkluż fil-prezz. Iktar tard, għal min ikun irid, ikun hemm l-opportunita ta’ eskurzjoni ġewwa iċ-centru storiku ta’ Montefalco, li jinsab ftit minuti l-bogħod bil-karozza mill-lukanda. Filgħaxija jkollna ċena l-lukanda.  

IL-ĦAMES ĠURNATA

Norcia u l-Pian Grande

Wara l-kolazzjon illum nitilqu lejn iż-żona ta’ Norcia fejn nibqgħu telgħin fuq il-Pian Grande di Castelluccio. Jekk tikkopera magħna n-natura għandna ninzertaw il-fjoritura mmensa u naturali li sseħ kull sena, imdawra bil-Monti Sibillini, fost veduti mill iktar impresjonanti. Wara nżuru norcineria qrib iċ-ċentru storiku ta’ Norcia, fejn naraw kif isiru diversi tipi ta’ salumi u nduqu għażla minn dawn il-prodotti tal-laħam tal-majjal, tant apprezzati f’dawn l-inħawi. Imbagħad ikollna ħin inżuru ċ-ċentru storiku ta’ Norcia, li ġarrab ħsarat kbar fit-terremot tal-2016. Filgħaxija nirritornaw lejn il-lukanda għaċ-ċena.

IS-SITT ĠURNATA

Orvieto u lura d-dar

Wara l-kolazzjon, ngħabbu l-bagalji u nitilqu lejn Orvieto, belt oħra importanti u affaxxinanti fl-Umbria. Waqt il-ħin liberu, ikollna l-opportunita kemm għal xiri u kemm biex ingawdu diversi esperjenzi li toffi din il-belt, fosthom il-katidral impressjonanti. Barra minn hekk, ikollna pranzu f’ristorant tipiku fiċ-ċentru (inkluż fil-prezz), biex inkomplu nduqu l-kċina tar-reġjun. Iktar tard nirkbu l-karozza u naqbdu t-triq lejn Ruma fejn ikollna t-titjira lura lejn Malta li titlaq fid-9pm.

GUESTS NOT TOURISTS

Iktar dettalji

X'jinkludi

✓ Titjiriet KM Malta Airlines, Malta – Ruma – Malta
✓ Bagalja 20kg, hand luggage 10kg u handbag/satchel kull persuna
✓ Lukanda Casale Satriano, Montefalco Umbria, half-board inkluż ilma u inbid
✓ Transfers u eskursjonijiet kollha skont il-programm.
✓ Kontribuzzjoni għall-Insolvency Fund.
✓ Servizz ta’ tour leader
✓ Taxxa tas-soġġorn.

Tajjeb tkun taf

• Il-grupp huwa ta’ massimu 25 persuna
• Casale Antonelli, lukanda moderna li tagħmel parti mill Cantina Antonelli, waħda mill iktar rinomati fiż-żona
• Il-kmamar huma attrezzati fuq livell għoli u jgawdu veduti sbieħ mit-terrazin
• Huwa tour rilassanti fejn ikollna ħin ingawdu l-lukanda, nużaw il-pixxina u xorta nagħmlu dak kollu li hemm fil-programm

Casale Satriano u Cantina Antonelli

Fil-qalba tal-għoljiet ta’ Montefalco, fl-Umbria, Cantina Antonelli San Marco ilha proprjetà tal-familja Antonelli mill-1883. Imdawra b’vinji u msaġar taż-żebbuġ, din il-kantina storika tgħaqqad it-tradizzjoni mal-biedja organika, u hija magħrufa għall-inbejjed tagħha, fosthom is-Sagrantino u t-Trebbiano Spoletino.

F’dan l-ambjent trankwill jinsab Casale Satriano, li għadu kemm għadda minn rinnovazzjoni sħiħa. Bi 12-il kamra mibnija ġodda, mgħammra b’livell għoli ta’ kumdità u b’attenzjoni għal kull dettall, żona għall-kolazzjon u pixxina infinity li tħares fuq il-vinji, joffri ambjent mill-isbaħ għal żjara ddedikata lill-inbid, l-ikel u l-mistrieħ.

Enquire

Tel: (+356) 21564323
Email: admin@sisutours.com
Address: SISU Tours, Triq ir-Repubblika, Victoria, Gozo, VCT1016, MALTA.

TOUR BOOKING REQUEST

Kindly fill the requested information below to submit a booking request for your preferred tour. Do note, that this is only a provisional request, not a booking confirmation. We will get back to you and confirm.

Choose your preferred tour departure dates from those in the programme.
Add your details.
Do you have any special requirements?